A review by cheraquili
Il-Ġnien tad-Dmugħ by Simon Bartolo, Loranne Vella

5.0

Dan huwa l-aħħar ktieb fit-triloġija, u nista' ngħid li ma ddiżappuntanix lanqas. Nammetti li meta kont madwar nofs il-ktieb, bdejt ninkwieta li ma kienx se jolqotni daqs iż-żewġ kotba l-oħra għax beda dieħel aktar l-element tal-fantasija, però kien hemm partijiet li kienu ferm eċitanti, u t-tmiem kien ħelu u emozzjonanti wisq.Għoġbuni immens l-ewwel ftit paġni minħabba l-komik, u l-fatt li ħafna mill-karattri jużaw diskors ta' kuljum. Apparti minn hekk ħadt gost nara li l-Fiddien jgħid xi kliem bit-Taljan. Ma jonqosx ukoll li ħadt grazzja immens mal-karattru taż-żgħir Efrem, apparti l-karattri għal qalbi ta' Antida u Rose.

Tassew inħossni kuntenta li qrajt din it-triloġija fantastika tal-Fiddien!