A review by cheraquili
Sqaq L-Infern by Simon Bartolo, Loranne Vella

5.0

Mhux soltu tiegħi li naqra kotba tal-fantasija, però din it-triloġija mill-ewwel laqtitni. Il-mod tal-kitba huwa sabiħ immens u li jġiegħlek tkompli taqra sakemm tlesti l-ktieb kollu. Barra minn hekk, permezz tal-mistoqsijiet retoriċi tkompli tinħoloq ħafna kurżità fil-qarrejja biex jiskopru l-istorja kollha. Ninsab tassew fuq ix-xwiek sabiex inlesti t-tieni ktieb tat-triloġija.
Bla ebda dubju, nirrakkomanda dan lil kull min iħobb jaqra ktieb bil-Malti bis-sens!