A review by cheraquili
Castillo by Clare Azzopardi

5.0

Sabiħ wisq dan il-ktieb! Id-deskrizzjonijiet, id-djalogi u kif ukoll il-ħsibijiet tal-karattri, huma tant realistiċi li l-qarrej iħossu parti minnhom. Għoġobni immens il-fatt li l-istorja mhijiex b'narrazjoni minn perspettiva waħda biss, iżda li fil-kitba tagħha Azzopardi tinkludi r-rumanzi ta' K.Penza u xi listi li jsibu l-karattri stess. (Pereżempju l-lista tal-logbook.)

Bla ebda dubju, żgur li se nerġa' naqra dan il-ktieb ħafna u ħafna aktar drabi! Ktieb brillanti!