A review by cheraquili
Wied Wirdien by Simon Bartolo, Loranne Vella

5.0

Wara l-ewwel ktieb eċċezzjonali kont ċerta li t-tieni ktieb f'din it-triloġija żgur ma setax ikun aħjar, però mort żmerċ. Id-dettalji kollha jiġu deskritti b'mod vividu ħafna, tant li l-qarrejja stess iħossuhom parti mill-istorja. Nista' nikkonferma li l-karattri favoriti tiegħi huma Antida/Anita u Rose għax it-tnejn li huma distinti immens mill-bqija tal-karattri l-oħra, u b'hekk nieħu gost naqra dwarhom. Dan il-ktieb ġiegħlni nirrifletti immens; tant dħalt fl-istorja li fraħt, irrabjajt u saħansitra bkejt f'ċertu mumenti ta' swied il-qalb. Għoġbitni ħafna l-parti fejn kien hemm miktub id-djarju ta' Antida għax apparti li ħadt gost nara xi illustrazzjonijiet, sirt naf aktar dwar waħda mill-aktar karattri għal qalbi. Kemm il-biċċiet ċkejknin tal-profiziji  u kif ukoll il-korrispondenzi bejn is-seba' subien laqtuni immens, għax komplew idaħħluni aktar f'din id-dinja maġika ma' karattri eċċellenti.

Ninsab fuq ix-xwiek sabiex naqra l-aħħar ktieb ta' din it-triloġija tal-blieh!